!DOCTYPE html PUBLIC "-//W3C//DTD XHTML 1.0 Transitional//EN" "http://www.w3.org/TR/xhtml1/DTD/xhtml1-transitional.dtd"> Bijografija

Bijografija

  Home Page    Bijografija    Is-seba` Distrett   Artikli   Links


Philip twieled fid-9 ta’ Lulju 1971 u trabba’ f’Haż-Żebbuġ. Beda l-edukazzjoni tiegħu fl-iskola primarja ta’ Haż-Żebbuġ u wara f’Saint Albert The Great College fil-Belt Valletta. Philip kompla bl-istudji tiegħu sakemm fl-1997 gradwa mill-Universita’ ta’ Malta bħala Perit u Inginier Ċivili.
 
Illum Philip imexxi uffiċċju ta’ Periti stabilit sew f’pajjiżna. Bejn is-sena 2002 u 2005 Philip serva wkoll bħala membru fil-Kummissjoni għall-Kontroll ta’ l-iżvilupp tal-MEPA.

Philip ilu nvolut fil-politika sa mill-1999 meta kkontesta għal ewwel darba l-elezzjoni tal-Kunsilli Lokali ta’ Haż-Żebbuġ. Ikkontesta wkoll l-elezzjonijiet tal-Kunsill Lokali tas-sena 2002 u 2005. F’dawn it-tliet elezzjonijiet, Philip dejjem kien l-ewwel kandidat elett f’isem il-PN u fl-aħħar elezzjoni kien l-ewwel kandidat elett b’mod assolut. Philip ikkontesta wkoll l-aħħar elezzjoni generali.

Philip serva f’diversi karigi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista, fosthom bħala Viċi President tal-Kumitat Sezzjonali PN ta’ Haż-Żebbuġ, bħala membru fil-kumitat Eżekuttiv tal-PN, kif ukoll bħala rapreżentant distrettwali tas-seba’ distrett fuq l-istess kumitat.

Philip izzewweġ lil Mary nee Kingswell fid-19 t’April 1998 u għandu żewġt itfal; Andre’ Philippe u Krista Marie. Huma jgħixu f’Haż-Żebbuġ.

Philip ser jikkontesta l-elezzjoni ġenerali tas-sena 2008 fuq is-seba’ distrett li jikkonsisti f’dawn il-lokalitajiet; Had-Dingli, l-Imġarr, l-Imtarfa,
r-Rabat u Haż-Żebbuġ.


  
Uffiċċji Politiċi:
It-Tnejn mill-5:00pm - 7:00pm
'Arch Building', Triq L-Imdina, Żebbuġ
           Is-Sibt mill-11:00am - 12:00pm
      Nru. 19, Triq iċ-Ċiefa, Dingli
                                                                  
Tel:21462304, Mob: 99425403
E-mail: info@philipmifsud.com